L-EUCPN (In-Network Dwar il-Prevenzjoni tal-Kriminalita fl-Unjoni Ewropeja) ġiet imwaqqfa fMejju 2001 bdeċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja bil-għan li tippromwovi attivitajiet ta prevenzjoni fil-kriminalita u tipprovdi mezzi li jservu sabiex l-aħjar ħidma fil-prevenzjoni tal-kriminalita, l-aktar dik tradizzjonali, tiġi mqassma bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropeja. Il-leġislazzjoni li stabbiliet l-EUCPN ġiet imħassra u mibdula bdeċiżjoni ġdida tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja tat-30 ta Novembru 2009.
Dan is-sit elettroniku li huwa operat mill-EUCPN u miżmum mir-Renju Unit għan-nom tal-EUCPN, juri x-xogħol tal-EUCPN u jipprovdi sorsi ta informazzjoni fil-materja tal-prevenzjoni tal-kriminalita u dan bil-għan li jkun jista jservi ta għajununa kemm lill-membri ta dan in-network kif ukoll lir-riċerkaturi fuq il-prevenzjoni tal-kriminalita interessati li jagħtu sehem biex jiġu stabbiliti soluzzjonijiet effettivi sabiex titrażżan il-kriminalita.
Talbiet ġenerali dwar l-EUCPN għandhom jiġu indirizzati lill-President tal-Bord – EUCPN@ibz.eu.
Il-kumplament tas-sit elettroniku apparti dak misjub fuq il-paġna “Home” u l-paġna “About us” huwa miktub bil-lingwa Ingliża. Madanakollu, aktar informazzjoni fuq l-EUCPN tinstab fweb-link (i); u web-link (ii).


